Tuesday, September 24, 2024

Se tiġi implimentata il-wegħda taċ-children’s allowance fit-totalità tagħha sentejn qabel iż-żmien

Aqra wkoll

F’intervista fuq ONE Radio, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela tkellem dwar il-wegħda taċ-children’s allowance fejn din is-sena, il-familji kollha bit-tfal ħadu żieda ta’ €250 fuq kull wild. L-aħħar pagament għal din is-sena se jmur għand 62,000 familja.

“F’sena waħda għamilna dak li kellna nagħmlu fi kważi tliet snin. Nista’ ngħidlek li fit-tielet Budget minn ħamsa li qed naħdmu fuqu bħalissa se nkomplu nagħtu żidiet qawwija u nkunu qed nwettqu l-wegħda li għamilja fit-totalità tagħha sentejn qabel iż-żmien. Dak hu l-impenn tagħna favur il-ġustizzja soċjali. Miżuri għall-familji li jolqtu lil kulħadd,” ħabbar il-Prim Ministru.

Din l-għajnuna sostenibbili setgħet tibqa’ tingħata permezz ta’ ekonomija b’saħħitha li twassal għal investimenti soċjali u investimenti fin-nies.

“L-għajnuna li dejjem tajna, dejjem kienet sostenibbli u ngħatat b’mod għaqli… Qatt ma tajna xi ħaġa minn dawn li mbagħad għedna ħa jkollna nirtirawha għax ma nifilħux għaliha. Minflok fejn kien meħtieġ saħħaħna u żidna u n-nies tajniha dik l-istabbiltà li magħna taf fejn qiegħed.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport