Saturday, December 21, 2024

Jitħabbar il-progamm “Christmas in the Capital” għas-sena 2023

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u ċ-Chairperson tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef ħabbru Christmas in the Capital, il-programm varjat annwali ta’ attivitajiet tal-Milied li se jittella’ fil-Belt Valletta mill-25 ta’ Novembru sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Il-Ministru Owen Bonnici iddeskriva dan il-programm bħala opportunità għall-familji Maltin u Għawdxin biex iżuru l-Belt Kapitali ta’ pajjiżna matul il-perjodu tal-Milied.

“Il-Belt Kapitali tagħna, hija l-post perfett għal ċelebrazzjonijiet bħal dawn. Dan l-avveniment jibni fuq l-impenn tagħna li niċċelebraw il-kultura fil-ġeneri diversi tagħha u nibqgħu nagħtu sostenn lill-artisti,” qal Dr Bonnici waqt li saħaq li l-Gvern hu kommess li nkomplu nkabbru l-attivitajiet kulturali fil-Belt Kapitali u fid-diversi postijiet f’pajjiżna.

Iċ-Chairperon tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef tenna kif fid-dawl ta’ dak li qed iseħħ f’diversi pajjiżi madwar id-dinja, din is-sena fil-programm tal-Milied se jkun hemm ukoll attivitajiet li jevokaw sens ta’ paċi u li jfakkru l-qofol ta’ dawn iż-żminijiet, b’mod speċjali l-purċissjoni tradizzjonali u tant għażiża għalina l-Maltin ta’ Ġesù Bambin.

Is-Sur Micallef kompla jgħid li dan il-Milied se nkunu qed nilqgħu lill-familji lura fil-Belt Valletta b’29 attività u attrazzjoni fuq medda ta’ xahar. Huwa stieden lil kulħadd biex jieħu nota tal-avvenimenti fuq il-programm fosthom id-dawl u t-tiżjin li jsebbħu l-Belt Kapitali, stilt walkers, korijiet u kunċerti mużikali minn gruppi u kantanti popolari li jinkludu The Travellers, Michela, Ira Losco, Gianluca Bezzina, Centrestage Children’s Choir, Sean u Veronique, RIONA, Opening Doors, EnKor, Malta School of Music, KorMalta, Choral and Orchestral Society Maria Bambina u oħrajn. Jason Micallef ħabbar ukoll li l-avveniment tal-aħħar tas-sena, l-akbar avveniment ta’ din ix-xorta f’pajjiżna, se jkun qed jerġa’ jsir fi Pjazza San Ġorġ u d-dħul għalih se jerġa’ jkun bla ħlas.

Il-Kap tal-iProgrammar u Produzzjoni fi ħdan l-Aġenzija Jessica Muscat qalet li d-dwal u s-siġra tal-Milied fit-toroq ewlenin fil-Belt Valletta ser jinxtegħlu fil-25 ta’ Novembru meta ser jiġi inawgurat ukoll presepju artistiku tal-Milied biswit id-daħla tal-Konkaditral ta’ San Ġwann. Il-projezzjonijiet spettakolari tant mistennija fi Pjazza San Ġorġ imbagħad ser jibdew fl-4 ta’ Diċembru. Ser tindaqq ukoll mużika tal-Milied fi Triq ir-Repubblika matul il-perjodu kollu.

Fost avvenimenti oħra fil-programm Christmas in the Capital għal din is-sena se jkun hemm ukoll, workshops għat-tfal fil-Valletta Design Cluster, street animators u prestazzjonijiet taż-żfin minn Dancel Dance Studio.

Żur is-sit web vca.gov.mt u l-paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta għal aktar informazzjoni.

Ekonomija

Sport