Wednesday, October 9, 2024

Minn tal-inqas 21 imutu wara maltempata qawwija fir-Repubblika Dominikana

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 21 persuna mietu fir-Repubblika Dominikana wara xita qawwija fi tmiem il-ġimgħa li wasslet ukoll biex ikunu spostati eluf ta’ residenti. 

Sadanittant, infetħet ukoll investigazzjoni wara li disa’ persuni tilfu ħajjithom meta xita torrenzjali kkawżat ħsara f’ħajt ta’ mina f’awtostrada fil-kapitali Santo Domingo. 

Qed ikun irrapportat li aktar minn 13,000 persuna kellhom jiġu evakwati f’postijiet aktar siguri. Iċ-Ċentru tal-Operazzjoni tal-Emerġenza qal li x-xita wasslet għal għargħar fi djar, qtugħ ta’ dawl u ħsarat f’pontijiet u anke f’toroq oħra. Fost dawk li mietu kien hemm ukoll tlitt itfal.

Il-President tar-Repubblika Dominikana Luis Abinader iddeskriva dak li ġara bħala “l-akbar avveniment ta’ xita” li qatt kien irreġistrat fl-istorja tal-pajjiż. 

In-nazzjon tal-Karibew intlaqat minn xita torrenzjali b’filmati fuq il-midja soċjali li juru ammonti kbar ta’ ilma għaddejjin mit-toroq u jkaxkru l-vetturi.

Aktar minn 2,500 persuna ġew salvati filwaqt li mal-2,600 dar kienu affettwati mill-maltempata. Żied jingħad li madwar 45 komunità kienu mingħajr dawl matul il-jum tal-Ħadd.

Sport