Monday, April 22, 2024

Jitħabbru r-rebbieħa tal-65 edizzjoni tal-Ballon d’Or

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Arġentin ta’ Paris St-Germain, Lionel Messi, rebaħ il-Ballun tad-Deheb  għal rekord tas-seba’ darba.

Messi, ta’ 34 sena, għen lil pajjiżu jirbaħ il-Copa America, l-ewwel unur internazzjonali tiegħu, u fl-2021 skorja 40 goal – 28 għal Barcelona, ​​erbgħa għal Paris St-Germain u tmienja għall-Arġentina.

Fit-tieni post spiċċa l-attakkant ta’ Bayern Munich u l-Polonja, Robert Lewandowski, segwit mill-midfielder ta’ Chelsea u l-Italja Jorginho u mill-attakkant Franċiż ta’ Real Madrid Karim Benzema spiċċa fir-raba’.

Il-Ballun tad-Deheb jivvutaw għalih 180 ġurnalist minn madwar id-dinja, għalkemm ma kien hemm l-ebda premju fl-2020 minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Cristiano Ronaldo (ħames rebħiet) ġabru l-premju kull sena mill-2008 sal-2019, apparti fl-2018 meta rebħu l-midfielder tal-Kroazja Luka Modric.

Messi kien diġà rebaħ it-trofew aktar drabi minn kwalunkwe player ieħor u s-seba’ suċċess tiegħu wasal wara rebħiet fl-2009, 2010, 2011, 2012, 2015 u 2019.

“Huwa inkredibbli li terġa’ tkun hawn,” qal waqt iċ-ċerimonja, li saret fit-Theater du Chatelet ta’ Pariġi.

“Sentejn ilu ħsibt li kienet l-aħħar darba. In-nies kienu bdew jistaqsuni meta se nirtira imma issa ninsab hawn Pariġi u kuntent ħafna.

“Hija sena speċjali għalija b’dan it-titlu tal-Copa America. Fisser ħafna li nirbaħ [1-0 kontra l-Brażil fil-finali] fil-ground ta’ Maracana u tant kont sodisfatt niċċelebra man-nies mill-Arġentina.

“Ma nafx hijiex l-aqwa sena ta’ ħajti – kelli karriera twila – imma kienet waħda speċjali bit-titlu mal-Arġentina wara ż-żminijiet diffiċli mimlijen kritika.”

Messi kellu wkoll kliem ta’ tifħir lejn il-captain tal-Polonja Lewandowski li għandu 33 sena.

“Jien ridt ngħid lil Robert li kien ta’ unur li nitla’ kontrih,” qal Messi. “Hu kien jimmeritah li jirbaħ is-sena li għaddiet.”

Lewandowski skorja 53 goal fil-kompetiz­zjonijiet kollha fl-2021 għal Bayern u ngħata l-premju tal-Aħjar Attakkant tas-Sena, li huwa unur ġdid u li tħabbar ftit sigħat biss qabel ma bdiet iċ-ċerimonja.

L-aqwa 10 li spiċċaw kienu:

Lionel Messi (Paris St-Germain/Arġentina, attakkant)

Robert Lewandowski (Bayern Munich/Polonja, attakkant)

Jorginho (Chelsea/Italja, midfielder)

Karim Benzema (Real Madrid/Franza, attakkant)

N’Golo Kante (Chelsea/Franza, midfielder)

Cristiano Ronaldo (Manchester United/Portugall, attakkant)

Mohamed Salah (Liverpool/Eġittu, attakkant)

Kevin de Bruyne (Manchester City/Belġju, midfielder)

Kylian Mbappe (Paris St-Germain/Franza, attakkant)

Gianluigi Donnarumma (Paris St-Germain/Italja, goalkeeper)

Sport