Minn tal-inqas 13-il persuna mietu wara li nar ħakem stabbiliment tad-divertiment fil-belt ta’ Murcia fi Spanja.
Kien għall-ħabta tas-6.00 a.m. meta l-awtoritajiet kienu infurmati bin-nirien. Minnufih is-servizzi tal-emerġenza marru fuq il-post u bdew bit-tfittxijiet tagħhom għall-persuni li kienu rrapportati li għadhom fuq ġewwa l-istabbiliment.
L-awtoritajiet qalu li l-għadd ta’ mwiet mistennija jiżdiedu, b’erba’ persuni qed jingħataw il-kura l-Isptar minħabba d-dħaħen li belgħu.
Għadu mhux ċar x’ikkawża dan in-nirien, li bdew meta kien għad hemm in-nies fl-istabbiliment.