Monday, December 9, 2024

Jitilgħu għal 160 il-persuni mejta wara t-terremot fil-Ġappun

… 100 oħra għadhom irrapportati nieqsa

Aqra wkoll

L-awtoritajiet Ġappuniżi qalu li telgħu għal aktar minn 160 il-persuni mejta wara t-terremot qawwi li laqat lil dan il-pajjiż fl-ewwel jum tas-sena. 

Sadanittant, għadhom għaddejjin it-tfittxijiet biex jinstabu aktar minn 100 persuna li għadhom irrapportati nieqsa. Madanakollu, il-maltemp qiegħed ikun ta’ xkiel għall-ħaddiema tas-salvataġġ waqt il-ħidma tagħhom.

It-terremot li kejjel 7.6 fuq l-iskala Richter laqat il-peniżola ta’ Noto, bil-konsegwenza li waqqa’ diversi binjiet u kkawża wkoll nirien kbar. Il-maġġoranza tal-imwiet seħħew fl-ibliet ta’ Wajima u Suzu. Diversi persuni oħra għadhom qegħdin jgħixu f’xelters ta’ emerġenza.

Il-militar Ġappuniż kien qed iqassam provvisti fosthom ikel, ilma u kutri għal dawk li spiċċaw bla saqaf fuq rashom. 

Il-Ministru tad-Difiża qal fi stqarrija li bagħat kważi 6,000 suldat biex jgħinu f’din il-ħidma ta’ għajnuna. Żied jingħad li hemm it-tama li għad fadal persuni ħajjin u se tissokta l-operazzjoni tagħhom ta’ salvataġġ.

Ekonomija

Sport