Wednesday, July 24, 2024

Il-Prim Ministru ta’ Bangladexx se sservi ħames snin oħra 

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru tal-Bangladex, Sheikh Hasina se sservi ħames snin oħra fil-kariga. Dan wara li l-partit li tmexxi u l-alleati tiegħu rebħu maġġoranza ta’ 223 mit-300 siġġu parlamentari.

Fi sforz ta’ riżultat tajjeb, dan qajjem ukoll tħassib kbir lid-deputati tal-Partit Nazzjonalista tal-pajjiż, hekk kif dawn qed isostnu li jekk ir-riżultat tal-elezzjoni jibqa’ juri l-istess xejriet kif inhu, il-partit ta’ Hasina huma mistennija li jirbah il-kumplament tas-siġġijiet li fadal. 

Sadanittant, midja internazzjonali rrapurtat li ċifri uffiċjali wrew li l-parteċipazzjoni tal-votanti kienet baxxa, hekk kif ivvutaw biss madwar 40%. Dan ir-riżultat juri li l-poplu tal-Bangladex qed l-interess tiegħu fl-elezzjonijiet  b’kuntrast għall-elezzjonii tal-2018, fejn matulha pparteċipaw mat-80%.

Wara li tefgħet il-vot tagħha, f’kumment li tat lil-ġurnalisti, il-Prim Ministru qalet; “Qed nipprova minn kollox biex nassigura li d-demokrazija għandha tkompli f’dan il-pajjiż”.

Ekonomija

Sport