Tuesday, May 14, 2024

Jitkeċċaw żewġ coaches fis-Serie A

Aqra wkoll

Hellas Verona u Cagliari, ddeċidew li jkeċċu mil-kariga wara biss tliet logħ­biet lill-coaches Eusebio Di Francesco u Leonardo Semplici rispettivament.

B’żero punti minn tliet logħbiet, Verona ma ssapportewx iżjed bil-għan tagħhom huwa li ma jinqabdux fiż-żona l-ħamra daqshekk kmieni fl-istaġun. Il-kuntratt ta’ Di Francesco kellu jintemm f’Ġunju 2023.

Rolando Maran, li kien preżenti għal-logħba tat-Tnejn kontra Bologna qed jissemma’ bħala kandidat possibbli biex jieħu post l-ex coach ta’ Sassuolo u Roma.

Iżda l-favorit huwa Igor Tudor li temm il-kuntratt ma’ Juventus, hekk kif sar magħruf li Verona ddeċidew li jkeċċu lil Di Francesco.

Tudor kien l-assistent ta’ Andrea Pirlo fl-istaġun li għadda li kien l-uniku wieħed tiegħu mal-Bianconeri.

Cagliari keċċew uffiċjalment lil Semplici wara tliet logħbiet li minnhom kisbu punt biss u issa qed jingħad li qed iħarsu lejn Walter Mazzarri bħala s-sostitut tiegħu.

Semplici wasal f’Cagliari fi Frar u ggwida lill-club għas-salvazzjoni b’mixja mill-aqwa fit-tieni nofs tal-istaġun.

Sport