“Jitkellmu” mad-Dimonju tar-residenza fix-Xewkija… “ITLAQ”

Aqra wkoll

Andrew Abela flimkien ma’ Antoine Cortis minn Ghost Squad Malta fl-aħħar jiem telgħu Għawdex u marru quddiem ir-residenza fix-Xewkija li allegatament kien seħħ attakk fuq familja waqt li kienu vaganza.

Waqt l-investigazzjoni tagħhom id-dimonju jgħidilhom li fir-residenza qegħdin “9…” Waqt li komplew jistaqsu xi mistoqsijiet, id-dimonju jgħid li hu ma jiddispjaċih xejn ta’ dak kollu li wettaq lil dik il-familja u jtenni li hekk ikollu ċ-ċans jerġa’ jagħmilha.

Andrew Abela jistaqsi lid-dimonju dwar kemm ilu f’dik ir-residenza fejn dan iwieġeb “ħafna” filwaqt li għall-mistoqsija hekk fir-residenza sarx xi delitt fil-passat id-dimonju jwieġeb “LE”.

Imbgħad Andrew Abela u Antoine Cortis komplew jistaqsu aktar mistoqsijiet fejn fost l-oħrajn staqsew hekk kellhomx il-jedd jew l-awtorità biex iweġġgħu lil xi ħadd… Hawn id-dimonju wieġeb “Iva”.

Isaqsih ukoll hekk iddispjacihx ta’ dak li wettaq fuq il-familja u hawn id-dimonju jkun ċar u jgħidilhom “LE”. 

F’daqqa waħda d-dimonju bħal speċi ta’ ordni lil Abela u lil Cortis biex jitilqu meta qallhom “ITLAQA”.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport