Minn Cristian Muscat
MOSTA…………………… 2
HIBERNIANS………….. 2
F’partita entużjażmanti li pproduċiet xejn inqas minn erba’ goals, Mosta u Hibernians temmew il-konfront ta’ bejnitehom fi draw ġust ta’ 2-2 … li iżda ma kkuntenta lil ħadd minħabba li t-tnejn baqgħu fiż-żona tal-Bottom Six meta fadal partita waħda għat-tmiem tal-ewwel round tal-Ewwel Fażi.
Kienu Mosta li ħolqu l-ewwel periklu fit-tmien minuta meta Prince Afriyie avvanza tajjeb fil-kaxxa iżda sab lill-goalkeeper Taljan ta’ Hibernians, Matteo Cardinali, attent.
U proprju mumenti biss qabel tmiem l-ewwel taqsima, Mosta fetħu l-iskor meta Nevin Portelli għadda tajjeb lejn il-captain GIANCARLO GONCALVES, li mill-viċin spara ġewwa.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Mosta komplew fejn ħallew fi tmiem l-ewwel waħda u fis-56 minuta, Nathan Cross venven xutt minn barra l-kaxxa li ħareġ l-aħjar ta’ Cardinali, li dawwar f’corner.
Iżda Hibernians wettqu reazzjoniu u, fis-67 minuta, ta’ dan ġew ippremjati permezz tal-goal tad-draw meta l-Ġermaniż MORITZ ROMLING qabeż difensur avversarju qabel venven xutt mid-distanza li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper ta’ Mosta, David Udoh Akpan.
Fit-80 minuta, Hibernaians dawru l-iskor favur tagħhom meta minn azzjoni ta’ freekick mogħti qasir, is-sostitut RYDER MATOS, venven xutt b’saħħtu kważi minn tarf il-kaxxa li ntemm fi-xibka.
Iżda l-Pawlisti bilkemm kellhom ċans jifirħu għal dan il-goal li l-Mostin ma ġabux l-iskor indaqs minuta biss wara meta THIAGO ESPINDOLA kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u mill-viċin tefa’ ġewwa.
L-iskor baqa’ ma nbidilx sa tmiem il-partita, biż-żewġ timijiet jiksbu punt kull wieħed.
Mosta: David Udoh Akpan, Emmanuel Ugwi, Neil Frendo, Nevin Portelli (Peter Ohaka 84), Hogan Effiong (Charles Oderinde 73), Giancarlo Goncalves, Prince Afriyie, Oscar Ezejofoir (Adolphus Eugene 73), Nathan Cross, Geoffrey Edwin Acheampong (Ryan Debono 86), Thiago Espindola – Coach: Joseph Grech
Hibernians: Matteo Cardinali, Moritz Romling, Alfred Silas (Kjevin Rodrigo Fraga 83), Kurt Shaw, Joseph Essien Mbong, Bjorn Kristensen, Dexter Xuereb (Isaiah Chukunyere 58), Leandro Lautaro Lacunza, Jayden Roe (Boris Druga 63), Alex Sobczyk (Ryder Matos 63), Mouad El Fanis – Coach: Tugberk Tanrivermis
Referee: Joseph Scerri
assistenti: Jurgen Spiteri, Shaun Calleja
Raba’ Uff.: Daniel Casha
Skorers: G. Goncalves 45, T. Espindola 81 (M), M. Romling 67, R. Matos 80 (H)
Ammoniti: O. Ezeofoir (M)
Player tal-Logħba: Giancarlo Goncalves (M)





