Paris Saint-Germain telgħu fil-quċċata ta’ Ligue 1 wara r-rebħa ta’ 2-0 fuq Lyon.
Senny Mayulu fetaħ l-iskor fit-72 minuta b’xutt mill-isbaħ, qabel Mika Godts irdoppja sitt minuti mit-tmiem, biex kiseb l-ewwel goal tiegħu mal-Pariġini.
Minkejja diversi players neqsin minħabba injuries, PSG iddominaw il-logħob, iżda sabu lil Dominik Greif attent fil-lasta ta’ Lyon.
Matvey Safonov ukoll wettaq saves importanti. Il-coach Luis Enrique daħħal lil Mayulu u Godts bħala sostituti, u dawn taw il-kontribut deċiżiv.
Għal Lyon, din kienet it-tielet telfa konsekuttiva barra minn darhom.





