Kien għall-ħabta tan-12.30pm meta xufien tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel f’ħajt. L-inċident seħħ fil-baypass ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Kelliem għall-Pulizija qalilna li mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li l-karozza ġarbet xi ħsarat bil-konsegwenza li s-sewwieq tilef il-kontroll.
Minkejja li fuq il-post marru t-tim mediku b’ambulanza u anke ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, is-sewwieq ħareġ waħdu mill-karozza u ma sofra l-ebda ġrieħi.