Qarrejja tagħna ġibdulna l-attenzjoni dwar periklu li kien hemm aktar kmieni dalgħodu fi Triq Dun Karm Psaila f’Birkirkara.
F’ritratt mibgħut lil dan is-sit kien jidher xi kantun li kien qiegħed jostakola t-triq wara li x’aktarx xi vettura ħabtet ma’ dan iċ-ċint fl-aħħar sigħat.
Il-fotografu tagħna żar il-post u kkonferma li l-kantun li kien hemm fin-nofs tneħħa mal-ġenb x’aktarx minn xi persuni li għaddew minn hemmhekk qabel.
Intant il-Pulizija kkonfermat ma’ Talk.mt li ma daħlilha l-ebda rapport b’rabta ma’ dan l-inċident.