Bħalissa qed tkompli l-ħidma tal-pulizija b’rabta mar-rejds li saru lbieraħ billejl.
Mill-informazzjoni li għandu dan is-sit jidher li qed jitneħħew strutturi illegali kif ukoll imwejjed u siġġijiet minn għadd ta’ ħaddiema mid-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni mit-Tiger Bar, fiż-żona ta’ Xatt il-Mollijiet, fil-Marsa.
Dan ikkonfermah il-Ministru Byron Camilleri ftit tal-ħin ilu.


