Sunday, December 29, 2024

Jitpoġġa taħt sentejn probation wara li ammetta li kellu x’jaqsam sesswalment ma’ minorenni

Aqra wkoll

Roberto Haj Toumi ta’ 21 sena tpoġġa taħt ordni ta’ probation wara li ammetta li kellu x’jaqsam sesswalment ma’ tfajla minorenni ta’ 15 -il sena, meta kellu 19 -il sena.

Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-każ seħħ fl-2021, f’diversi lokalitajiet fosthom f’Bormla u f’San Ġiljan. Huwa kien akkużat li pparteċipa f’attivitajiet sesswali ma’ minorenni, li kkorrompiha u li kiser sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati.

Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, Toumi wieġeb li huwa ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Il-Maġistrat Zammit ordnat li jsir rapport minn social worker qabel tagħti s-sentenza.

Il-Maġistrat ordnat lill-imputat sabiex iwettaq 50 siegħa xogħol fil-komunità.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ, tmexxiet mill-Ispetturi Sean Azzopardi u Kylie Borg.

Ekonomija

Sport