Wednesday, July 24, 2024

“Matul l-istaġun elettorali, il-politiċi għandhom iħaddnu djalogu rispettuż”

Aqra wkoll

“Ejja nitolbu għall-għaqda fost in-nies tan-nazzjon tagħna li din is-sena jiċċelebra s-60 sena ta’ indipendenza u l-50 sena bħala repubblika. Biex navvanzaw bħala soċjetà, jeħtieġ li niskopru mill-ġdid l-arti tad-djalogu rispettuż. Inħeġġu lil kull min hu involut fil‑ħajja pubblika u politika sabiex ma jibżax jagħżel it‑triq kuraġġuża tas‑smigħ umli u tad‑djalogu rispettuż”

Dan kien il-messaġġ li wasslu, l-Arċisqof Charles Scicluna u l-Isqfijiet Anton Teuma u Joseph Galea Curmi f’ittra pastorali li qed tinqara fil-knejjes fi tmiem din il-ġimgħa b’rimarka għall-bidu tar-Randan.

L-ittra pastorali tibbaża fuq il‑ħames doni mingħand il‑Mulej, li huma; id‑dehen, il‑ħniena, is‑saħħa, l‑għaqda u s‑sliem. L-Isqfijiet qalu li n-nies għandhom ikunu għaqlin. u responsabbli biżżejjed li jieħdu d-deċiżjoni t-tajba. 

Waqt li stiednu lin-nies biex jieqfu ftit mir-rutina mgħaġġla ta’ kuljum, l-Isqfijiet ħeġġew sabiex wieħed juri kompassjoni mal-ieħor. Huma għamlu referenza wkoll għall-kunflitti li għaddejjin fid-dinja, jiġifieri fil-Lvant Nofsani, l-Ukrajna u s-Sudan, u ħeġġew lill-mexxejja biex jużaw il-poter tagħhom biex iwaqqfu din il-“qerda assurda”.

Ekonomija

Sport