Wednesday, July 24, 2024

Bħal-lum 61 sena ilu twieled il-leġġendarju tal-basketball Michael Jordan

Aqra wkoll

Bħal-lum, fl-1963 f’New York twieled Michael Jordan, magħruf l-aktar bħala wieħed mill-aqwa plejers tal-basketball ta’ dak iż-żmien.

Minn New York, hu flimkien ma’ familtu marru jgħixu f’Wilmington, North Carolina Hemmhekk, Michael kien skopra li jħobb jilgħab il-baseball, il-futbol u l-basketball

L-iskola sekondarja fejn attenda Michael għenitu aktar sabiex jaħdem fuq l-isport. Dak iż-żmien ma kienx intagħżel sabiex jifforma parti mit-tim tal-basketball. Dan ma’ qatax qalb Michael, anzi tah spinta, tant li beda jipprattika mingħajr għajnuna ta’ ħadd, sakemm eventwalment sar plejer tajjeb.

Il-vjaġġ ta’ Michael Jordan, huwa mimli suċċessi li rnexxielu jikseb matul il-karriera. Fl-1984, huwa beda l-karriera tiegħu mal-Chicago Bulls u f’dak il-perjodu, kien sar wieħed mill-plejers li jispikka f’logħba.

Lil hinn mill-karriera tiegħu fl-NBA, Jordan lagħab mat-tim Olimpiku tal-Istati Uniti, u kiseb midalji tad-deheb fl-1984 u l-1992. Il-prestazzjoni tiegħu. Fl-2003, irtira għall-aħħar darba u kien sar ukoll l-ewwel plejer biljunarju fl-NBA.

Ekonomija

Sport