Wednesday, July 24, 2024

Donald Trump ordnat iħallas $355 miljun minħabba frodi

Aqra wkoll

L-eks president Donald Trump ġiet ordnat minn Imħallef fil-Qorti ta’ New York,  sabiex iħallas $355 miljun dollaru, wara li nstab ħati fuq allegazzjonijiet ta’ frodi. 

Trump instab responsabbli talli kabbar ġidu illegalment u talli mmanipula l-valur tal-propjetajiet biex jikseb self bankarju jew termini tal-assigurazzjoni. 

Trump, li bħalissa qed jaffaċċja mal- 91 kawża kriminali, sosna li l-każijiet fil-qorti huma biss modi ta’ kif iweġġgħuh fl-elezzjoni.

F’dan il-każ, iż-żewġ ulied ta’ Trump, Eric u Donald Jr ukoll instabu ħatja u ġew ordnati sabiex iħallsu mal- $4 miljun dollaru kull wieħed. 

L-avukat ta’ Trump, Chris Kise, qal li m’hemm l-ebda evidenza ċara u preżenti li tistabbilixxi l-intenzjoni ta’ Donald Trump.

Ekonomija

Sport