Friday, November 15, 2024

Jitqiegħed fuq probation wara li jiġi mixli li kkaġuna ġrieħi gravi lil raġel

Aqra wkoll

Raġel ta’ 56 sena residenti l-Għarb tqiegħed fuq probation wara li kien akkużat li kkaġuna ġrieħi gravi fuq raġel fost akkużi oħrajn.

Huwa tressaq il-Qorti fejn ġie mixli li lbieraħ għall-ħabta tas-6.15 p.m. apparti li kkaġuna ġrieħi gravi fuq ir-raġel ta’ 62 sena, għamel ukoll ħsara fuq oġġetti personali tar-raġel fost oħrajn.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjubin kontrih u tqiegħed taħt ordni ta’ probation fuq numru ta’ kundizzjonijiet.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.

Ekonomija

Sport