Tuesday, March 26, 2024

Rafal Ryszard Karakin estradit lejn il-Polonja

Aqra wkoll

Fil-jiem li għaddew Rafal Ryszard Karakin, Pollakk ta’ 28 sena li kien ġie arrestat f’Malta fuq talba ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew ġie estradit minn Malta lejn il-Polonja biex iservi sentenzi ta’ reati b’rabta ma’ diversi każijiet ta’ serq li wettaq fil-Polonja bejn l-2010 u l-2011.

Karakin kien arrestat f’Birkirkata nhar is-27 ta’ Settembru li għadda wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet. Dawn wasslu biex ikun magħruf li r-raġel kien qed jgħix malta, bil-Pulizija Maltija jesegwixxu l-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-awtoritajiet tal-Polonja. Huwa kien imfittex f’diversi pajjiżi Ewropej.

Jumejn wara l-arrest tiegħu r-raġel kien tressaq quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace biex jibdew il-proċeduri ta’ estradizzjoni lejn il-Polonja. Huwa kien ta l-kunsens tiegħu biex jiġi estradit bil-Qorti tordna li Karakin jingħata f’idejn l-awtoritajiet Pollakki.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Mark Galea mit-Taqsima tar-Relazzjoknijiet Internazzjonali.

Ekonomija

Sport