Wednesday, March 27, 2024

Il-vittmi tal-Covid-19 jitilgħu għal 42; Imut anzjan ta’ 67 sena

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 67 sena huwa t-42 persuna f’pajjiżna li miet kaġun tal-Covid-19. Il-Ministeru għas-Saħħa qal li l-anzjan iddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-28 ta’ Settembru li għadda u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-1 ta’ Ottubru.

Huwa baqa’ jingħata kura fl-Isptar Mater Dei fejn miet aktar kmieni llum. Il-Ministeru qal li l-anzjan kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan, il-Ministeru għas-Saħħa appella biex il-poplu jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss,, iż-żamma tad-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.

Ekonomija

Sport