Wednesday, March 27, 2024

Libjan il-Qorti fuq serq minn diversi kmamar f’lukanda f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Investigazzjonijiet intensivi tal-Pulizija b’rabta ma’ serq minn diversi kmamar f’lukanda f’Lulju li għadda, wasslu biex jitressaq raġel Libjan il-Qorti, li kien diġà l-ħabs fuq każ ieħor. 

Ali Mohammed Munir Gammudi ta’ 38 sena ġie mixli li nhar id-9 ta’ Lulju waranofsinhar, seraq aktar minn €2,329 minn ġewwa l-lukanda Navina, li tinsab fi Triq il-Fliegu San Pawl il-Baħar u li sar reċediv.

L-Ispettur Saviour Baldacchino spjega lill-Maġistrat Ian Farrugia, li quddiemu tressaq il-Libjan, kif il-Pulizija kompliet bl-istħarriġ tagħha dwar dan il-każ u fl-aħħar jiem kellmet xi nies oħra li wasslu biex l-akkużat jerġa’ jiġi arrestat u b’hekk intemmu b’suċċess l-investigazzjonijiet.

Gammudi, li kien assistit mill-Avukat Noel Bartolo, wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih iżda baqa’ jinżamm arrestat. 

Ekonomija

Sport