Saturday, December 21, 2024

Jitressqu l-Qorti mixlija li serqu fwejjaħ tad-ditta u sigaretti qabel ma telqu lura lejn pajjiżhom

Aqra wkoll

Żewġ Ingliż, wieħed ta’ 19 -il sena u ieħor ta’ 23 sena ġew ikkundannati sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn, wara li tressqu l-Qorti mixlija li serqu mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Fil-Qorti ġie spjegat li l-każ seħħ nhar il-Erbgħa li għadda, fejn allegatament l-akkużati serqu erbat ifwejjaħ ta’ ditti rinomati u żewġ grosos sigaretti. Ingħad li huma għamlu dan, ftit tal-ħin qabel ma telqu fuq titjira lura lejn pajjiżhom.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Roxanne Tabone, spjegat li huma waslu għaż-żewġ akkużati wara li rċivew rapport mingħand impjegat li kien jaħdem hemmhekk stess.

Fid-dawl tal-ammissjoni bikrija, il-Maġistrat Giannella Busuttil ikkundannat liż-żewġ żgħażagħ sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn.

L-akkużati dehru assistiti minn avukat tal-għajnuna legali.

Ekonomija

Sport