Wednesday, December 4, 2024

Jittellgħu l-poloz tal-Euro Under 21

Aqra wkoll

It-Tlieta, fil-Bini Reduta tal-Filarmonika Slovakka, fi Bratislava, ittellgħu l-poloz tal-fażi finali tal-Kampjonat Ewropew ta’ Taħt il-21 sena li se ssir fi Slovakkja, bejn il-11 u t-28 ta’ Ġunju, 2025. 

Il-logħbiet se jintlagħbu fi tmien grounds fi tmien bliet differenti madwar il-pajjiż.

Din il-fażi finali se tkun it-tielet waħda mill-espansjoni għal 16-il team, wara l-edizzjoni tal-2021 fl-Ungerija u s-Slovenja, u t-tournament tal-2023 f’Georgia u r-Rumanija.

It-team tas-Slovakkja ingħaqad mal-15-il team l-oħra li għaddew mill-fażi tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni li ntemmet fil-15 ta’ Ottubru, u t-tliet rebbieħa tal-play-offs fil-15 u d-19 ta’ Novembru.

Il-poloz ittellgħu hekk:

– Grupp A: Slovakkja, Spanja, Italja, Rumanija 

– Grupp B: Rep. Ċeka, Ingilterra, Ġermanja, Slovenja  

– Grupp C: Portugall, Franza, Polonja, Georgia 

– Grupp D: Finlandja, Olanda, Ukrajna, Danimarka

L-ewwel żewġ timijiet jikkwalifikaw għall-kwart-finali.  

Artiklu preċedenti
Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport