Saturday, November 23, 2024

Jittieħed l-isptar għall-kura wara li jaħbat f’arblu fi Triq Aldo Moro

Aqra wkoll

Raġel ta’ 21 sena kellu jittieħed l-isptar għall-kura wara li ħabat f’arblu fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.

L-inċident seħħ għal-ħabt atal-5.15 a.m.

Huwa kien qed isuq karozza tat-tip Toyota Vitz meta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat fl-arbli.

Fuq il-post mar tim mediku biex jassisti lir-raġel li ttieħed l-isptar għall-kura.

Il-kundizzjoni medika tiegħu għadha mhix magħrufa.

Konsegwenza tal-inċident fl-inħawi nġema’ kwantità ta’ traffiku.

Sport