Friday, May 31, 2024

L-Indja testendi s-sospensjoni ta’ titjiriet internazzjonali minħabba l-pandemija

Aqra wkoll

Il-Gvern tal-Indja llum estenda s-sospensjoni tal-iskeda internazzjonali ta’ titjiriet kummerċjali sal-aħħar tas-sena. Dan hekk kif il-każi ġodda ta’ infezzjonijiet fil-pajjiż baqgħu jiżdiedu b’mod sinjifikanti.

Id-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili (DGCA) qalet li din is-sospenjoni mhix se tkun qed tapplika għal titjiriet ta’ merkanzija u titjiriet oħrajn speċifiċi approvati minnha.

Id-Direttorat żied jikklarifika li titjiriet internazzjonali jistgħu jitħallew joperaw fuq rotot speċifiċi mill-awtorità kompetenti fuq bażi individwali.

Din l-estensjoni fis-sospensjoni ta’ titjiriet ġiet fis-seħħ wara li aktar kmieni dan ix-xahar id-DGCA kienet estendiet is-sospensjoni sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Sport