Sunday, December 22, 2024

Jittieħed Mater Dei b’ħelikopter … qed jiġi operat f’rasu

Aqra wkoll

Ir-raġel ta’ 48 sena mill-Fontana li aktar kmieni llum kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr f’Għajnsielem kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ħelikopter.

Jirriżulta li r-raġel sofra ġrieħi serji f’rasu tant li kellu ħafna telf ta’ demm. Bħalissa hu qiegħed jiġi operat f’rasu fl-Isptar Mater Dei.

Sorsi qrib dan is-sit qalu li r-raġel li qiegħed fil-periklu tal-mewt kien tiela’ fid-direzzjoni tax-Xewkija filwaqt li l-Albaniż li kien qiegħed isuq il-karozza għamel u turn biex jiġi wkoll fid-direzzjoni tax-Xewkija wkoll.

Hekk kif dar f’nofs tat-triq sab lis-sewwieq tal-mutur ma’ wiċċu.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigitte Sultana li qabdet diversi esperti biex jassistu.

Aktar kmieni: Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara ħabta f’Għajnsielem

Sewwieq ta’ mutur li għandu 48 sena residenti l-Fontana, Għawdex, jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li aktar kmieni llum, għal ħabta tas-1:15 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Volkswagen Golf misjuq minn Albaniż ta’ 33 sena residenti l-Munxar, u mutur tat-tip Suzuki misjuq mill-vittma.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport