Monday, April 29, 2024

“Illum jew għada l-verità ser toħrog u dawk responsabbli wara dan il-frame up politiku jridu jagħtu kont ta’ għemilhom”

- L-Eks-Prim Ministru u mexxej Laburista Joseph Muscat

Aqra wkoll

“Il-Qorti llum ftaħt kawża ġdida biex toħrog il-verita’.  Biex nagħmel dan, fuq parir tal-avukati tiegħi, ħtiegli li l-ewwel inwaqqa dik preżenti u fil-kawża ġdida li ftaħt kontra l-Avukat tal-Istat u l-Avukat Ġenerali ninkludi fit-talbiet dak li kont qed kontinwament ninżamm milli nippreżenta”

Dan iddikjarah l-Eks-Prim Ministru u mexxej Laburista Joseph Muscat fuq il-midja soċjali, fejn irrimarka li skontu r-rappreżentanti tal-Għaqda Repubblika xehdu li hu qatt ma ġie indikat minnhom biex issir investigazzjoni kontra tiegħu fit-talba li għamlu biex tinfetaħ inkjesta dwar l-Isptarijiet.

Żied jgħid; Madanakollu, il-Maġistrat Gabriella Vella, li ma rrikużatx ruħha wara diskors partiġjan li missierha u ħuha għamlu fil-konfront tiegħi u l-konċessjoni tal-Isptarijiet, xorta waħda għazlet li tinvolvini u tibgħatli l-pulizija d-dar”.

Muscat irrefera għal dan id-dokument mill-atti tal-inkjesta bħala wieħed importanti għaliex skontu jikxef il-verita’.  Qal ukoll li Reppublika ma jridux jipprezentawh għaliex qed jibżgħu li toħrog fid-deher il-logħba maħmuga li għaddejja li ma hi xejn ħlief fishing expedition biex wara 5 snin sħaħ għadha tipprova ssib xi ħaga ma x’hiex tqabbad.

Enfasizza li jemmen li s-saltna tad-dritt hija hemm għal kulħadd u li għalhekk ħass il-ħtieġa li jiftaħ kawża ġdida; “biex ngħid li anke dan in-nuqqas li jien nippreżenta l-aħjar prova mill-Inkjesta Maġisterjali jikser id-drittijiet fundamentali”

Temm jgħid; “Min m’għandux x’jaħbi ma joqgħodx lura milli jippreżenta l-provi. Jien xogħol għamilt u għal dan ix-xogħol jien tħallast u ħallast it-taxxa. Għaliex jien dejjem sħaqt li m’għandi xejn x’naħbi la ħrabt qabel wisq anqas ser naħrab issa biex il-provi kollha dwar dan il-frame up politiku jkunu hemm fid-deher u aċċesibli għal kulħadd”

Sport