Saturday, May 4, 2024

Biden u Trump ras imb’ras f’Michigan u Pennsylvania

Uħud mill-istati fl-Amerika jesprimu skuntentizza fl-għażliet presidenzjali…

Aqra wkoll

Fil-ġimgħat li għaddew, tħabbar li fil-5 ta’ Novembru li ġej, il-President Amerikan Joe Biden u l-eks President Joe Biden se jkunu qegħdin jaffaċċjaw lil xulxin fl-elezzjoni presidenzjali tal-Amerika. Intant fl-Amerika, hemm tħassib kbir, dwar liema huwa l-kandidat ideali sabiex ikun President tal-pajjiż. 

Midja internazzjonali rrapurtat li l-votanti f’Michigan u Pennsylvania, stati ewlenin li fl-elezzjoni presidenzjali tal-2020 żammew mal-partit il-blu, jiġifieri mal-partit demokratiku, issa qed jesprimu skuntentizza sinifikanti bl-għażliet presidenzjali tagħhom għall-din is-sena. 

Stħarriġ li sar mill-midja internazzjonali c-CNN, wera kif bejn Danald Trump u Joe Biden hemm tellieq li xejn mhi faċli. L-istess stħarriġ wera li kemmf’Michigan kif ukoll f’Pennsylvania, it-tellieqa bejn Trump u Biden hija qrib ħafna. Intant, Trump jidher li qiegħed minn ta’ quddiem bi ftit f’Michigan. 

Ġie spjegat kif id-dejta turi li Biden għandu aktar vantaġġ f’Pennsylvania, li huwa mmexxi minn bosta nisa, gradwati u individwi indipendenti. Bil-maqlub, f’Michigan, l-appoġġ ta’ Biden fost dawn il-gruppi huwa aktar dgħajjef, partikolarment fost l-indipendenti u l-votanti iżgħar. 

Minkejja li l-kandidati kisbu n-nomini tal-partit tagħhom, inqas minn nofs il-votanti fiż-żewġ stati jħossuhom sodisfatti bl-għażliet tagħhom. Dan jindika livell konsiderevoli ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon tal-votanti. 

L-elezzjoni tal-2024 qed issawwar aktar bħala referendum fuq Trump milli fuq Biden, bil-maġġoranza tal-partitarji ta’ Trump jivvutaw biex jesprimu l-appoġġ għalih, filwaqt li oħrajn isostnu li  Biden huwa aktar motivat. 

Sport