Wednesday, April 24, 2024

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar għoli ta’ sular wara li pprova jaqbeż għax issakkar barra

Aqra wkoll

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li aktar kmieni, għall-ħabta tas-1:15 p.m, kien involut f’inċident fi Triq il-Kappella tal-Mirakli, f’Ħ’Attard.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li raġel ta’ 75 sena residenti Ħ’Attard kien waqa’ madwar sular għoli.

Ir-raġel waqa’ wara li prova jaqbeż minn parti għall-oħra tal-propjetà minħabba li kien issakkar barra.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura medika.

Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Dr Marsanne Farruġia LL.D li fetħet inkjesta, filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ

Sport