Saturday, May 4, 2024

Jitwaqqfu temporanjament iż-żjarat fl-Isptar Mater Dei

Aqra wkoll

“Is-saħħa u s-sigurtà tal-pazjenti tagħna huma prijorità ewlenija fl-Isptar Mater Dei. Bħala parti mill-miżuri li qed nieħdu għall-prevenzjoni u l-kontroll kontra COVID-19, qedgħin inwaqqfu temporanjament il-viżitaturi”. Hekk bdiet biex tgħid stqarrija maħruġa fuq il-paġna tal-Isptar Mater Dei fl-aħħar sigħat.

L-istqarrija tkompli li dawn ir-restrizzjonijiet jistgħu jkunu diffiċli kemm għall-pazjent kif ukoll ghall-maħbubin tagħhom, iżda l-Isptar Mater Dei qed jieħu dawn il-passi meħtieġa sabiex jipproteġi lill-pazjenti u lill-ħaddiema tiegħu. Din il-miżura hija temporanja u qed isir sabiex tiġi salvagwardjata s-saħħa tal-pazjenti tagħna.

Fl-aħħar nett ġie spjegat li din il-mizura ma tapplikax meta żżur tfal u f’sitwazzjonijiet oħra straordinarji. F’dawn is-sitwazzjonijiet, l-istaff tagħna ser ikun qiegħed jinforma lill-qraba skond il-ħtiega.

Sport