Sunday, December 29, 2024

Jiżbroffa l-akbar vulkan attiv fid-dinja wara 40 sena

Aqra wkoll

L-aktar vulkan attiv fid-dinja – Mauna Loa – żbroffa fl-aħħar sigħat wara 40 sena “rieqed”. Il-vulkan jinsab fil-Hawaii u konsegwenza tal-iżbroff qered ħafna għelieqi u affettwa d-distribuzzjoni tal-ilma.

Minkejja li l-lava ma niżlitx ‘l isfel lejn il-villaġġi xorta waħda r-residenti kollha tpoġġew fuq alert massimu biex f’każ ta’ evakwazzjoni kulħadd ikun ippreparat.
Uffiċjali tal-pajjiż qalu li s-sitwazzjoni tista’ tinbidel fi ftit minuti u għalhekk kulħadd għandu jkun ippreparaw biex f’każ ta’ bżonn jitlaq mill-villaġġ.

Mauna Loa jinsab f’Park Nazzjonali u hu għoli 13,679ft.

Kien nhar il-Ħadd li għadda meta żbroffa, iżda l-awtoritajiet kienu pperparati minħabba li fil-ġranet ta’ qabel kien hemm diversi theżżiż fir-reġjun b’mod partikolari matul il-ġurnata tal-Ħadd.

Skont uffiċjali tal-pajjiż il-vulkan Mauna Loa żbroffa 33 darba mill-ewwel darba li żbroffa fl-1843. L-aħħar darba li kein żbroffa kien fl-1984 – kważi 40 sena ilu – u dakinhar il-lava kienet imxiet aktar minn ħames mili lejn il-belt ta’ Hilo.

Ekonomija

Sport