Monday, April 22, 2024

Jitħabru d-dettalji ta’ Bethlehem f’Għajnsielem 2022

Aqra wkoll

Il-Kunsill Lokali t’Għajnsielem flimkien mal-kumitat organizzattiv fl-aħħar sigħat ħabbru d-dettalji tat-13-il edizzjoni ta’ Bethlehem f’Għajnsielem.

Il-presepju ħaj li sar magħruf mal-gżejjer Maltin hu mifrux fuq medda ta’ 20,000 metru kwadru u b’aktar minn 100 attur. Din is-sena bħas-snin li għaddew se jkun qiegħed joffri esperjenza unika tal-istorja tan-nattività.

Bħas-snin l-imgħoddija dan il-presepju ħaj se jkun qed joffri taħlita ta’ tradizzjonijiet u s-snajja’ lokali flimkien ma’ dak kollu li ġeneralment nassoċjawh mal-presepju tradizzjonali Malti.

Il-presepju se jkun animat f’dawn il-ġranet u ħinijet: 13 ta’ Diċembru bejn 3pm u 7pm; il-Ħamis 15, bejn 9.30am u 12.00pm (edizzjoni għall-istudenti); il-Ħadd 25 ta’ Diċembru se jkun miftuħ bejn 4pm u 7pm filwaqt li l-għada 26 ta’ Diċembru se jkun miftuh bejn 2.30pm u 7.00pm. Imbgħad it-Tlieta 27 u l-Ġimgħa 30 ta’ Diċembru jkun miftuħ bejn 4pm u 7pm.

Għal bidu tas-sena l-ġdida, l-attività se ssir fl-1 ta’ Jannar bejn 3pm u 7pm u l-Ħadd 8 ta’ Jannar bejn 2.30pm u 7.00pm meta dakinhar jaslu l-maġi.

Sport