Wednesday, March 27, 2024

Doppjetta ta’ Bruno Fernandes taqta’ l-biljett għall-Portugall fl-Aħħar 16

Aqra wkoll

Portugall…………..2

Urugwaj……………0

Kellha tkun doppjetta personali ta’ Bruno Fernandes fit-tieni taqsima li tat rebħa ta’ 2-0 lill-Portugall fuq l-Urugwaj, biex tefgħet lill-Portugiżi fir-round tal-aħħar 16.

Kienu l-Portugiżi li ħolqu l-ewwel periklu fit-18-il minuta permezz ta’ freekick insidjuż tal-captain Cristiano Ronaldo li iżda stampa mal-barriera.

L-Urugwaj wieġbu fit-32 minuta u tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-ikor meta Rodrigo Bentancur mill-viċin ra lill-goalkeeper tal-Portugall, Diogo Costa, isalva tajjeb wara li ħareġ barra minn postu.

Il-Portugall fetħu l-iskor, liema goal kellu jkun dak tar-rebħa fl-54 minuta meta Bruno Fernandes xeħet cross-shot mix-xellug, li qarraq għal kollox bil-goalkeeper Urugwajan, Sergio Rochet, bi Cristiano Ronaldo bħal donnu jidher li laqat bir-ras bi żbrixx il-ballun, iżda l-goal, finalment ingħata lil Fernandes.

L-Urugwaj ippruvaw iwetttqu xi tip ta’ reazzjoni u fil-81 minuta, Facundo Pellistri indirizza cross mil-lemin lejn Luis Suarez, iżda l-Portugiż Joao Cancelo kien pront u interċetta kull periklu għat-team tiegħu.

Fil-ħin miżjud, Bruno Fernandes, minn penalty u permezz ta’ xutt fil-baxx, tefa’ lill-goalkeeper Uraugwajan Sergio Rochet naħa u l-ballun in-naħa opposta biex issiġilla r-rebħa Portugiża, u rreġistra doppjetta personali.

U ftit wara, l-istess Bruno Fernandes, kien għoddu rreġistra hat-trick personali għall-Portugiżi, iżda kien ferm sfortunat meta kellu xutt fil-baxx mid-distanza li stampa ma’ sieq il-wieqfa.

Portugall: Diogo Costa, Joao Cancelo, Pepe, Ruben Dias, Nuno Mendes (Raphael Guerreiro 42), Ruben Neves (Rafael Leao 69), Bernando Silva, William Carvalho (Joao Palhinha 82), Bruno Fernandes, Cristiano Ronaldo (Goncalo Ramos 82), Joao Felix (Matheus Nunes 82) Coach: Fernando Santos

Urugwaj: Sergio Rochet, Jose Maria Gimenez, Diego Godin (Facundo Pellistri 62), Sebastian Coates, Guillermo Varela, Federico Valverde, Rodrigo Bentancur, Matias Vecino (Giorgian de Arrascaeta 62), Mathias Olivera (Matias Vina 86), Darwin Nunez (Maximiliano Gomez 72), Edinson Cavani (Luis Suarez 72) Coach: Diego Alonso

Referee: Alireza Faghani (Iran)

Ammoniti: R. Bentancur, M. Olivera (U), R. Neves, J. Felix, R. Dias (P)

Ekonomija

Sport