Sunday, May 5, 2024

Ġej lejl ieħor ta’ maltemp

Aqra wkoll

Kollox qiegħed jindika li bejn it-3am u l-4am se tkun għaddejja maltempata minn fuq il-gżejjer Maltin u jibqa’ bix-xita anke matul il-ġurnata t’għada.

Waqt il-maltempata tal-lejl li ġej jista’ jkun hem mumenti meta jagħmel is-silġ u xita qawwija.

Intant skont siti tat-temp qed ibassru li ċ-ċentru tal-pressjoni baxxa se tkun fuq il-gżejjer Maltin, però fejn se jkun hemm il-maltemp estrem dan se jkun ‘il bogħod. Għalhekk jista’ jkun li għalkemm tkun xita qawwija xorta waħda għat-tip ta’ maltempata li se tgħaddi mhux se tkun severa.

Għada l-ogħla temperatura se tkun dik ta’ 17°C (tinħass: 16°C) filwaqt li l-inqas se tkun 11°C (tinħass: 9°C).

Ir-riħ se jkun Xlokk il-Lvant Forza 4 għal 5, li jsir Varjabbli Forza 2 għat-3pm.

Sport