Monday, December 9, 2024

Jiżdiedu l-“Ukreni” taħt protezzjoni temporanja fil-UE

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Hekk kif il-gwerra fl-Ukrajna wara l-invażjoni Russa waslet għall-elf jum tagħha, statistika mill-Eurostat sabet li fit-30 ta’ Settembru 2024 kważi 4.2 miljun ċittadini mhux tal-UE ħarbu mill-Ukrajna u ngħataw statut ta’ protezzjoni temporanja fl-Unjoni Ewropea (UE). F’Malta wkoll minn dawn il-persuni li jammontaw għal total ta’ 2,155 persuna.

Il-pajjiżi tal-UE li laqgħu l-ogħla numru ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni temporanja mill-Ukrajna kienu l-Ġermanja (1,129,335 persuna; 26.9 % tat-total tal-UE), il-Polonja (979,835; 23.3 %) u r-Repubblika Ċeka (378,480; 9.0%).

Meta mqabbla mal-aħħar ta’ Awwissu 2024 l-akbar żidiet assoluti fl-għadd ta’ benefiċjarji ġew osservati fil-Ġermanja (+7,005; +0.6%), il-Polonja (+4,645; +0.5%) u Spanja (+3,170; +1.5%). L-għadd ta’ benefiċjarji naqas fi Franza (-570; -0.9 %) u l-Italja (-10; -0.0%).

Meta mqabbel mal-popolazzjoni ta’ kull pajjiż tal-UE l-ogħla proporzjon ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni temporanja għal kull elf persuna fl-aħħar ta’ Settembru 2024 ġie osservat fir-Repubblika Ċeka (34.7), fil-Litwanja (28.1) u fil-Polonja (26.8), filwaqt li ċ-ċifra korrispondenti fil-livell tal-UE kienet ta’ 9.3 għal kull elf persuna.

Fit-30 ta’ Settembru 2024 iċ-ċittadini Ukreni kienu jirrappreżentaw aktar minn 98.3 % tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni temporanja. In-nisa adulti kienu jikkostitwixxu kważi nofs (45,0 %) il-benefiċjarji tal-protezzjoni temporanja fl-UE. It-tfal ammontaw għal kważi terz (32.3%) filwaqt li l-irġiel adulti ammontaw għal aktar minn wieħed minn ħamsa (22.7%) tat-total.

Id-data ppreżentata f’dan l-artikolu tirreferi għall-attribuzzjoni tal-istatus ta’ protezzjoni temporanja abbażi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2022/382 tal-4 ta’ Marzu 2022, li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati mill-Ukrajna minħabba l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u li tintroduċi protezzjoni temporanja.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport