Monday, December 9, 2024

Katina tad-djamanti ta’ Marie Antionette tinbiegħ għal $4.8 miljun

Aqra wkoll

Katina tad-djamanti li jingħad li kienet tar-Reġina Franċiża Marie Antoinette ġabet il-prezz ta’ $4.81m waqt irkant li sar.

Skont informazzjoni li ngħatat fid-dar tal-irkanti Sotheby, il-katina fiha 500 djamant u inxtrat għal kważi d-doppju tal-prezz li kienet stmata.

Andres White Correal, speċjalist tal-ġojjellerija qal li l-persuna li xtrat din il-katina mhux biss xtrat id-djamanti iżda wkoll l-istorja li hemm marbuta magħha. 

Marie Antoinette kienet twieldet fl-Austria fl-1755 u meta kienet għadha żgħira kienet intbgħatet lejn Franza biex tiżżewweġ lil dak li kellu jieħu t-tronn ir-Re Louis XVI. 

Hija kienet l-aħħar reġina li serviet fi Franza fejn fl-1793 ġiet maqtula bil-giljuttina fl-età ta’ 37 sena. Anke r-raġel tagħha kien ġie maqtul waqt ir-Revoluzzjoni Franċiża.

Sal-lum, madwar Franza l-aktar fl-inħawi ta’ Pariġi għad hemm diversi palazzi li kull min imur fihom jista’ jara r-rikezzi li fihom kienet tgħix Marie Antoinette. Fl-istess żmien fi Franza kien hemm faqar kbir, u għalhekk il-poplu Franċiż kien irrabjat ħafna għar-Reġina hekk kif kienu jaraw kif tgħix.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport