Tuesday, May 14, 2024

Jiżdiedu t-turisti li waslu Malta f’Mejju

Aqra wkoll

L-għadd ta’ turisti li waslu Malta f’Mejju li għadda kien stmat li jlaħħaq 284,944, li jfisser żieda ta’ 63,780 turist meta mqabbel mal-istess xahar tal-2022.

L-għadd kollu tal-iljieli mqattgħin kienu jlaħħqu l-1,678,200, u n-nefqa totali kienet taqbeż il-€237.8 miljun. Il-parti l-kbira tal-iljieli (86.8 fil-mija) kienu mqattgħin fi stabbilimenti taʼ akkomodazzjoni mikrija.

Fl-ewwel ħames xhur tal-2023, it-turisti li waslu Malta laħħqu d-994,804, filwaqt li l-għadd sħiħ tal-iljieli mgħoddijin kważi laħħaq is-6.2 miljun lejl.

Minn Jannar sa Mejju 2023, in-nefqa sħiħa tat-turisti kienet stmata li tlaħħaq €750.3 miljun, filwaqt li n-nefqa ras għal ras kienet taʼ €754.

Sport