Saturday, November 23, 2024

Joan Laporta jiżvela li diġà saru diskussjonijiet kuntrattwali ma’ Ronald Koeman

Aqra wkoll

Il-president ta’ Barcelona, Joan Laporta żvela li diġà saru diskussjonijiet kuntrattwali mal-manager ta’ Barcelona, Ronald Koeman.

L-Olandiż kellu bżonn jittratta numru ta’ kwistjonijiet fil-ground u barra minnu matul iż-żmien tiegħu fil-Camp Nou, inklużi l-kriżi finanzjarja tal-club u t-tluq ta’ Lionel Messi.

Kien hemm ukoll bidla fit-tmexxija wara l-kwinti b’Laporta jirritorna mal-ġganti Katalani biex jieħu post Josep Maria Bartomeu.

Minkejja sejħiet għal wiċċ ġdid fit-tmexxija tal-club, Laporta insista li Koeman għandu l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-istaġun li ġej.

Laporta qal: “Koeman għandu l-appoġġ kollu tiegħi, ir-rispett tiegħi u l-fiduċja kollha sabiex ikun jista’ jaħdem kemm jista’ jkun komdu.

“Aħna diġà tkellimna diversi drabi ma’ Rob Jansen, l-aġent tiegħu. Għidt lill-kowċ li għandu jkun b’saħħtu, ma jistax ikun fil-pożizzjoni dgħajfa li jtemm il-kuntratt, għalhekk qajjimt il-possibbiltà li jiffirma estensjoni tal-kuntratt. “

Barcelona rreġistraw żewġ rebħiet u draw mill-ewwel tliet partiti tal-La Liga ta’ dan l-istaġun.

Sport