Thursday, April 18, 2024

Gerard Pique jattakka lill-ex president ta’ Barcleona, Josep Maria Bartomeu

Aqra wkoll

Id-difensur ta’ Barcelona, Gerard Pique, fetaħ attakk aħrax fuq l-ex president Josep Maria Bartomeu, u sostna li huwa wieħed fost l-agħar presidenti tal-club fl-istorja.

Bartomeu serva għal kważi seba’ snin bħala l-president ta’ Barcelona qabel ħalla l-club fl-2020, fejn il-club kien qed jakkumula dejn ta’ kważi £1 biljun dollaru u jittratta l-konsegwenzi tat-talba ta’ trasferiment ta’ Lionel Messi.

Ir-raġel ta’ 58 sena ġie arrestat ukoll aktar kmieni din is-sena minħabba allegata kampanja ta’ mibgħeda fuq il-media soċjali kontra players ta’ Barcelona, ​​u Pique jemmen li r-renju tiegħu kien wieħed mill-agħar li qatt esperjenzaw il-Blaugrana.

Id-difensur ċentrali qal: “Ma nistax ngħid jekk huwiex l-agħar. Iżda minn dak li għext jien, huwa wieħed mill-agħar.”

“Aħna lkoll ħatja, imma huwa veru li l-club ma marx fejn iridu l-Katalani kollha. Issa jien qed nittama u ninsab eċċitat li l-ħames jew l-għaxar snin li ġejjin se jkunu tajbin ħafna għal Barcelona.”

Bartomeu ġie segwit minn Joan Laporta wara li rriżenja mill-kariga tiegħu, bir-raġel ta’ 59 sena issa jisnab fit-tieni esperjenza tiegħu fil-kariga wara seba’ snin ta’ suċċess bejn l-2003 u l-2010.

Ekonomija

Sport