Wednesday, April 24, 2024

Aaron Ramsey irrifjuta opportunitajiet biex iħalli lil Juventus

Aqra wkoll

Aaron Ramsey irrifjuta opportunitajiet diversi biex iħalli lil Juventus matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.

Il-player internazzjonali ta’ Wales ġarrab żmien frustranti ta’ injuries fl-Allianz Stadium minn meta ngħaqad mal-Bianconeri bħala free agent mingħand Arsenal f’Lulju 2019.

Fil-fatt, Ramsey beda biss 24 logħba tas-Serie A fl-ewwel żewġ staġuni tiegħu f’Turin u lagħab inqas minn siegħa fl-ewwel żewġ logħbiet tagħhom f’dan l-istaġun.

Numru ta’ clubs kienu marbuta mal-player ta’ 30 sena qabel ma għalqet it-tieqa tat-trasferimenti l-ġimgħa li għaddiet, inklużi r-rivali ta ’Arsenal, Tottenham Hotspur, iżda Ramsey se jibqa’ player ta’ Juventus.

Huwa mifhum li kien hemm diversi offerti li tressqu għal Ramsey, iżda huwa rrifjuta kull waħda minnhom billi ried jipprova ruħu mal-Bianconeri.

Ramsey ħareġ mill-iskwadra ta’ Wales għat-triple header tagħhom ta’ Settembru iżda jista’ jkun inkluż fil-formazjoni ta’ Juventus għall-partita barra minn darhom kontra Napoli nhar is-Sibt.

Sport