Wednesday, April 24, 2024

Karim Adeyemi fil-mira ta’ Liverpool

Aqra wkoll

Liverpool ingħaqdu fit-tellieqa biex jiffirmaw lill-attakkant żagħżugħ ta’ Red Bull Salzburg, Karim Adeyemi, flimkien ma’ Bayern Munich u Barcelona.

Tlieta mill-clubs tal-football elite tal-Ewropa jinsabu f’battalja bejniethom biex jiksbu l-firma taż-żagħżugħ Ġermaniż, li skorja seba’ goals matul l-istaġun li għadda fil-Bundesliga Awstrijaka.

Adeyemi beda dan l-istaġun f’forma mill-aqwa, b’sitt goals f’daqstant logħbiet tal-kampjonat s’issa, wara li dan l-aħħar iddebutta fil-livell internazzjonali minn fuq il-bank fir-rebħa kbira ta’ 6-0 li l-Ġermanja kisbet kontra l-Armenja, fejn skorja l-ewwel goal tiegħu għal pajjiżu.

Liverpool bħalissa huma interessati li jiffirmaw lil dan il-player billi Jurgen Klopp għandu l-għan li jsaħħaħ l-għażliet fl-attakk tiegħu.

Adeyemi l-ewwel iffirma ma’ RB Salzburg lura fl-2018 għal £2.5 miljun biss, iżda issa qed jiġi stmat għal £17-il miljun, li hija somma li tista’ togħla minħabba l-kompetizzjoni biex jiġi ffirmat.

Ir-Reds mhumiex l-uniku club li qed isegwu lill-attakkant, hekk kif kemm Bayern Munich kif ukoll Barcelona għandhom interess li jixtruh ukoll.

Sport