Saturday, June 7, 2025

“Joanna u professjonisti oħra kienu strumentali biex qalb it-tifel reġgħet bdiet taħdem u ħajtu ġiet salvata”

Aqra wkoll

Grazzi għall-interventi f’waqthom ta’ Joanna Spiteri, l-infermiera tal-emerġenza li ma kinitx xogħol u l-ħaddiema l-oħra kollha, Ilbierah ħajjet tifel li sab ruħu f’diffikulta f’Pretty Bay ġiet salvata permezz ta’ rispons immedjat.  Joanna u professjonisti oħra kienu strumentali biex qalb it-tifel reġgħet bdiet taħdem u ħajtu ġiet salvata. Dawn huma s-super eroj tagħna 

Dan kien il-messaġġ li wassal il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela pemrezz tal-mezzi soċjali. Dan wara li 

ilbieraħ tifel ta’ sitt snin li kien qed jgħereq fil-baħar ġie assistit minn lifeguards fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa. 

Il-lifeguards lemħu persuna wiċċha l-isfel fil-baħar u niżlu għalih. Appena telgħu fuq il-moll it-tifel ma kienx qed jieħu nifs u nbeda CPR fuq il-post.  Minnufih wasal ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Huwa ttieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport