Il-playmaker Portugiż Joao Felix ta ħjiel li l-ħajja ma’ AC Milan qed togħġbu u qed jaħsibha serjament li jmur jilgħab għal iktar żmien magħhom. Bħalissa l-plejer ta’ 25 sena jinsab mar-Rossoneri fuq bażi ta’ self sal-aħħar tal-istaġun iżda mal-ewwel wera l-potenzjal tiegħu wara li skorja fl-ewwel logħba tiegħu.
Joao Felix hu reġistrat ma’ Chelsea iżda ftit sab postu taħt il-kowċ Enzo Maresca.