Sunday, December 29, 2024

Joaquin Phoenix u Vanessa Kirby se jiġu f’pajjiżna għall-ġbid tal-film ‘Napoleon’

Aqra wkoll

L-attur rebbieħ tal-Oscar Joaquin Phoenix u l-attriċi Vanessa Kirby se jaslu Malta din il-ġimgħa biex jibda l-ġbid tal-film drammatiku storiku ta’ Ridley Scott fuq l-imperatur Franċiż Napuljun Bonaparte.

L-istilel ta’ Hollywood se jaslu Malta fil-jiem li ġejjin u l-ġbid tal-film bl-isem ta’ “Napoleon” se jibda l-ġimgħa d-dieħla.

Il-filming ta’ Napoleon mistenni jibqa’ għaddej sa nofs Mejju.

Malta mhix post ġdid għad-direttur leġġendarju Ridley Scott, wara l-ġbid ta’ White Squall (1996) u Gladiator (2000), li ra wkoll lil Phoenix f’wieħed mir-rwoli ewlenin.

Phoenix issa se jinterpreta r-rwol ta’ Napuljun filwaqt li l-attriċi Brittanika Kirby, magħrufa l-aktar għar-ritratt tagħha tal-Prinċipessa Margaret fis-serje drammatika ta’ Netflix The Crown, se tinterpreta l-mara ta’ Napuljun, Josephine.

Il-film, produzzjoni ta’ Apple Studios se jinġibed f’diversi postijiet fosthom Ħ’Attard, l-Isla, il-Belt Valletta, il-Mellieħa, is-Siġġiewi, l-Imdina, Fort Ricasoli, u l-Malta Film Studios. Il-film mistenni joħroġ fl-2023.

Ekonomija

Sport