Sunday, December 22, 2024

Joe Biden iħeġġeġ lill-istati joffru inċentiv finanzjarju lil dawk li jmorru jitlaqqmu

Aqra wkoll

Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden sejjaħ lill-istati biex jagħtu $100 lil dawk il-persuni li jmorru biex jieħdu t-tilqima kontra l-Covid-19, u dan hekk kif in-numru ta’ persuni li qed imorru biex jitlaqqmu naqas u l-każijiet ġodda qed jiżdiedu.

Biden ħareġ ukoll ordnijiet stretti għall-ħaddiema federali tal-Istati Uniti fejn dawn issa jridu juru provi li tlaqqmu jew inkella jridu jiġu ttestjati regolarment u jilbsu l-maskri. B’kollox f’dan is-settur hemm jaħdmu madwar żewġ miljun persuna u b’hekk huwa l-ikbar wieħed fl-Istati Uniti. 

L-aħħar statistika ppubblikata turi li s’issa hemm ftit inqas minn nofs il-popolazzjoni tal-Istati Uniti li hija mlaqqma totalment. Meta kien qiegħed jitkellem fil-White House nhar il-Ħamis li għadda, Biden qal li dawn il-miżuri qed jittieħdu fid-dawl tal-varjant Delta li huwa wieħed li jittieħed iktar faċli. Biden qal li dan il-varjant qiegħed “joħloq pandemija fost dawk mhux imlaqqma”. 

Biden żied jgħid li l-inċentiv tal-flus forsi jidher li hu inġust mal-persuni li diġà tlaqqmu iżda sostna li fl-aħħar mill-aħħar kulħadd jibbenefika jekk ikun hemm iktar nies imlaqqma.

Ekonomija

Sport