Il-coach ta’ Mosta, Joe Grech u d-Direttur Tekniku, Mario Muscat, huma r-rebbieħa konġunti tal-unur tal-LifeStar Insurance Best Coach Award għax-xahar ta’ Awwissu.
Kien xahar impressjonanti għal Mosta, li baqgħu l-uniku team b’rekord perfett ta’ 100% wara tliet logħbiet, hekk kif kisbu rebħiet kontra Hamrun Spartans, Balzan u Birkirkara matul ix-xahar inkwistjoni fil-bidu tal-VBET Malta Premier.
Il-premju ngħata nhar il-Ħadd filgħaxija, qabel il-partita ta’ Mosta u Sliema Wanderers, minn Jonathan Camilleri, il-Kap Eżekuttiv ta’ LifeStar Insurance.




