Monday, September 14, 2026
Home Sport Cristiano Ronaldo jitlob għal sanzjonijiet ħorox wara li partitarji ndirizzaw tgħajjir offensiv...

Cristiano Ronaldo jitlob għal sanzjonijiet ħorox wara li partitarji ndirizzaw tgħajjir offensiv lejn il-mejjet Diogo Jota 

0
45

Cristiano Ronaldo jitlob għal sanzjonijiet ħorox wara li partitarji ndirizzaw kliem offensiv lejn il-mejjet Diogo Jota 

Ronaldo appella bil-qawwa kollha biex  il-partitarji ta’ Al-Taawoun li għajru lill-kollega tiegħu Ruben Neves billi offendew l-isem tal-ħabib tiegħu, il-mejjet Diogo Jota, jingħataw sospensjoni għal għomorhom milli jidħlu fi stadium.

Waqt il-partita kontra Al-Hilal, il-partitarji ta’ Al-Taawoun ripetutament offendew l-isem ta’ Jota lejn Neves. Il-midfielder Portugiż wieġeb billi għamel ġest li deher jindika li “Alla qed jara”, qabel kompla bil-partita.

Ronaldo, li huwa captain tal-Portugall, ikkundanna l-imġieba u qal li l-kampjonat għandu jieħu azzjoni, hekk kif sostna li dan “m’għadux football” u li għandu jkun hemm sanzjonijiet kbar għal imġieba bħal din.

Neves kien ħabib kbir ta’ Jota, li miet traġikament f’inċident tat-traffiku fi Spanja f’Lulju 2025 flimkien ma’ ħuh Andre Silva. Neves kien wieħed minn dawk li refgħu t-tebut fil-funeral tiegħu u baqa’ qrib il-familja tiegħu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here