Monday, September 14, 2026
Home Sport MotoGP: Marc Marquez jitla’ fil-quċċata tal-klassifika

MotoGP: Marc Marquez jitla’ fil-quċċata tal-klassifika

0
51

Marc Marquez rebaħ il-Grand Prix ta’ San Marino fiċ-ċirkwit ta’ Misano u tela’ fil-quċċata tal-klassifika tal-MotoGP. Iċ-champion renjanti Spanjol, li kien qed isuq Ducati, għeleb lil ħuh Alex Marquez b’distakk ta’ 0.657 sekondi, filwaqt li Pedro Acosta temm fit-tielet post.

It-tellieqa kienet diżappuntanti għal Marco Bezzecchi, li kien beda mill-pole position quddiem il-partitarji tiegħu, iżda kkraxxja fit-tieni dawra u kellu jirtira mit-tellieqa.

Jorge Martin, li kien qed jillidja l-klassifika qabel dan il-Grand Prix, ma setax iżomm il-pass tal-aqwa sewwieqa u spiċċa fil-ħames post. 

B’din ir-rebħa, Marquez laħaq lil Martin b’274 punt wara 14-il tellieqa. Madankollu, Marquez jinsab fil-quċċata minħabba li għandu aktar rebħiet fit-tiġrijiet, ħamsa kontra waħda ta’ Martin.

Marquez, li rebaħ ukoll it-tellieqa sprint tas-Sibt, kompla rimonta impressjonanti wara li tilef parti mill-istaġun minħabba injury. Fl-aħħar seba’ Grand Prix, huwa kiseb 203 punt u reġa’ daħal fil-ġlieda għat-titlu.

Wara r-rebħa, Marquez qal li għad fadal ħafna tiġrijiet u enfasizza l-importanza tal-37 punt li kiseb fi tmiem il-ġimgħa.

Klassifika (ta’ fuq): 274 – Marc Marquez (Ducati),  Jorge Martin (Aprilia); 241 – Marco Bezzecchi (Aprilia); 223 – Fabio Di Giannantonio (Ducati); 209 – Pedro Acosta (KTM)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here