Boris Johnson qal li r-Renju Unit qed jipprepara biex jagħti r-raba’ doża tal-vaċċin tal-Covid-19, għax fi kliemu se jiġu bżonnha
Il-Prim Ministru Ingliż deher jikkonferma li l-Ingliżi se jintalbu jieħdu r-raba’ doża. Madankollu ma qalx meta effettivament din se tibda tingħata.
Waqt li kien qed jitkellem waqt konferenza f’Blackpool, il-Prim Ministru Johnson faħħar lill-poplu Ingliż talli kien hemm numru kbir ta’ nies li aċċettaw l-istedina u tlaqqmu. Huwa qal li għamlu hekk għax riedu jkomplu b’ħajjithom.
Żied jgħid lill-folla: “Nittama li lkoll ħadtu l-booster. Qed inħejju għar-raba’ doża tal-vaċċin kontra l-Covid, għax se jkollna bżonnha.”